Thursday, 1 May 2014




Tverskaya.

Ir-riħ ta’ lvant idewwi wkoll il-bixra
Tat-torri griż li jgħola ’l-fuq mis-sema,
Għax kollox griz fit-toroq iffullati
Bin-nies iġorru magħhom fil-baqalji
Id-dwejjaq t’għada,
Ma’ dawk li mingħalihom qed joħolmu
Fid-dell tas-sulfarini
Tal-kaxxi fuq xulxin,
Taħt sħab li saħansitra jkompli jċajpar
Il-mostri tal-għoljiet
Fil-ġenna t’għada.

Alfred Grech

19-04-2014

No comments:

Post a Comment