Il-baħar qed jofroħ.
Il-baħar qed
jofroħ biex jikxef
Dak kollu li
rmejt wara dari,
Il-gawwi fuq
blata jitperreċ
U jgħanni
l-imħabba ta’ dari.
Kif nagħmel
u nitla’ fuq l-għolja,
Imxekkel bil-ktajjen
tal-bieraħ
U nirbaħ
quċċata war’oħra
U nirbaħ
il-folol fl-imsieraħ?
Bil-lejl
xegħelt musbieħ biex indawwal,
Imbierek id-dlam
ta’ madwari,
Bdejt nimxi ‘l-quddiem
nagħmel bħalhom,
U ġrejt wara
x-xefaq aħħari.
Iżernaq u
nibqa’ nitnikker,
Nistaqsi għandix
indur lura,
Jew ngħmel
bħax-xemx hi u nieżla,
Nistaħba biex
ngħereq fil-ħmura.
Alfred
Grech.
19/05/2014

No comments:
Post a Comment