Ikolli nbaxxi rasi.
Ikolli
nbaxxi rasi u ma nurikx
Dak li
għajnejja jridu jgħidu,
Kull xħin
subgħajk imissu l-kordi mielsa
Tal-arpa li
ntunat is-sinfonija,
Stqarrija ta’
kull xewqa u kull tqanqila
Tkexkix li jqum
xewk, xewk, u jompli jikber
Sakemm
fix-xejn jispiċċa
Bħal mewġ
xħin fl-oċean
Qatra ilma
taqa’.
Alfred Grech
08/05/2014

No comments:
Post a Comment