Iċarċru l-ħsibijiet.
Iċarċru
l-ħsibijiet ma ħitan qodma
Fid-dlam
il-ħemda taħkem ruħ weħida,
Filwaqt li
x-xita tiżfen fuq il weraq,
Tal widna
r-ritornell mal-ħġieġ tat-tieqa.
Fuq wiċċ li
mank jingħaraf demgha ġġelben
Li tixxutaha
dik l-id għax imdorrija,
Mal passi
tqal ikaxkru taħt l-arkati
Ma żżomx
il-pass mal-ħsibijiet kull kelma:
Għax kull
tibdil fit-temp mhux ser ibiddel
Ir-ruħ li ma
tidhirx kif tkun minn barra.
Alfred Grech
03-05-2014

No comments:
Post a Comment