Friday, 2 May 2014




Għax kont ser ninsa’ ngħidlek.

Għax kont ser ninsa’ ngħidlek,
Kull meta minghalija tgħaddi
Tqum ġlieda tal-ilpup feroċi
U jien nissielet nibda sabiex jibqa’
Inżomm fil-wiċċ,
U ma ninġarrx mal ħamla ħmieġ
Bħal dak l-iżbirr li mingħalih qed jaqdi dmiru
Fir-ritmi tagħha,
Ir-ritmi tal-ġustizzja
Ir -rritmi tat-tpattija.

Alfred Grech

02-05-2014

No comments:

Post a Comment