Kien hemm il-baħar.
Kien hemm
il-baħar dakinhar jitkemmex,
Żewġ passi ’l-bogħod
mar-ramel fejn konna aħna;
Kien hemm il-qamar
dakinhar jixxengel
U l-kwiekeb
jiżfnu l-walz f’sakra ta’ mħabba,
U ċ-ċief
imbikki jgħanni serenata
U d-dawl fil
bogħod tad-dagħajjes qiegħedin jaqsmu,
Ix-xefaq li
ftit, ftit kien qed jitbiegħed,
U kien hemm
inti u jien, erwieħ mitlufa,
Fid-dlam
tal-lejl infittxu minn fejn tlaqna
U fejn
sejrin f’dil-ġrajja li ktibniha
Mingħajr
il-pinna, b’linka li titħassar,
X’ aktarx,
li aħna t-tnejn li lanqas nemmnu
Ngħidu ’l-xulxin
li din mhijiex ħlief ħolma;
Ma nħallu
ebda traċċja minn fejn ngħaddu,
Ma nħallu
ebda għelm li bih ningħarfu,
Ma nħallu ’l-ħadd
jintebaħ li konna aħna.
Alfred Gech
21/05/2014

No comments:
Post a Comment