Ħajja.
Taħrablek
min idejk
Bħal ħuta
xħin taqbadha,
U tħares
fiss f’għajnejk
Kull meta
trid tiċħadha.
Biex tgħum iżżomm fil-wiċċ
U tasal għax
bil-ħniena,
U tkarkar ta’
kull jum
Biex tħajjar
xemx għajjiena.
Trid titla’
fuq il-palk
Xħin jagħlaq
is-siparju
Dan kollu
teatrin,
Kullħadd fl-istess
xenarju.
U xħin
iġorrna l-wied
Tkun b’saħħtek
jew tkun ġifa
Sa fl-aħħar
nispiċċaw
Bħal weraq
tal-ħarifa.
Alfred Grech
20/05/2014

No comments:
Post a Comment