Sibt ruħi hawn.
Sibt ruħi
hawn mitluf fit-trasparenza
Fid-dawl
ikkonċentrat ta’ qamar kwinta,
Fanali fl-isqaqien
tan-nostalġija
Biex noħroġ
minn ġol-għar u nieħu spinta.
Fejn qagħadt
nikkuntemplak tul ħajti kollha
Nistenna d-dawl
tal-beraq u s-sajjetti
Li jaqsmu
skiet il-lejl minsuġ bl-iskandli,
Fiċ-ċirku
tond li mxejt mingħajr trumbetti.
U d-dlam
fl-għammieq jirbombja l-eżistenza
Xħin noħlom
żernieq ġdid u naħrab ħarba,
Met’int ma
tkellimnix għax ħadt fastidju,
Jew tħabbat
ma terġgħax għal kemm il-darba.
Alfed Grech
17/05/2014

No comments:
Post a Comment