Illum imxejt fit-toroq iffullati.
Illum imxejt
fit-toroq iffullati
Bit-tama li nitaqa
ma xi ħadd
U ngħaddi siegħa,
Minflok sibt ruħi
qed niġġerra
F’mergħat il-ġenn.
Illum ħassejt li
qiegħed nilgħab logħoba
Min jaf jekk hix
il-ħajja stess il-logħoba,
Kull xħin jien niġi
ħdejk biex titbissimli
U b’hekk tnessini
d-dieqa li nġorr miegħi,
Is- sens tassew
tal-ħajja?
Vetturi jgħaddu
jvenvnu mingħalija
U jiena nibqa’
għaddej fuq il-bankina,
Imbagħad kull xħin
insibni waħdi
Imdawwar bil-ħitan
tas-solitudni,
Min jaf jekk għadx
tiġini x-xewqa tiegħek,
Għax għandi
bżonnok?
Imqar f’dawk
il-waqtiet li kont taħsibni
Xitan, miniex ħlief
anġlu.
Alfred Grech
05-05-2014

No comments:
Post a Comment