Vjaġġ Tal-Fantasija.
Titjira għal
imkien
Fil-vjaġġ ta’
mingħajr mira.
Din qabża
għal ġol-abbiss
Jew ħofra f’nofs
għadira.
Mogħodija li
ma sibtx
U rkibt
il-ferrovija,
U b’hekk ma
nafx mnejn bdejt
Dal-vjaġġ
tal-fantasija.
Attent għall
kull aħbar,
Avviż ta
sikurezza,
U bqajt bla
ma kejjilt
Kemm tiswa’
ftit ċertezza.
Trid torbot
ċinturin,
‘Mma l-ħsieb
malajr jiżgiċċa,
Jirranka mhux
ħażin,
Ma tafx fejn
ser tispiċċa.
Alfred Grech
17-04-2014

No comments:
Post a Comment