Li kieku ma kienetx din l-ossessjoni.
Li kieku ma
kienetx din l-ossessjoni
Li nibqa’
ngħanni l-għanja tal-profeti,
Iż-żmien
kien jibqa’ għaddej bla ma jinvadi
Is-skiet
qaddis.
U li ma
kienx għar-riħ li għamel ħerba
Ma qajjimnix
minn-nagħas u ċarrat beraħ
Feriti
magħluqin fid-dmugħ maħlula,
Jien bqajt
stordut.
Għajnejja
jduru lura biex jinkixef
Ritratt
taż-żmien li għadda, u issa nifhem
Fejn jien
illum u minn fejn kont inħares,
U ż-żmien
għaddej.
Alfred Grech
10-04-2014

No comments:
Post a Comment