Fis-skiet ta’ dawk xufftejk.
Fis-skiet ta’
dawk xufftejk
Illum tlift
ir-raġuni,
Burdati bħall-oħrajn
Jinbidlu fi
staġuni.
Xtaqt
ngħidlek sewwasew
Bid-dudu li
jitrabba,
U dan mhux
ħmar i-lejl
Kull xewqa
tal-imħabba.
Fis-skiet ta’
dawk xufftejk
Tingiża tal-kuxxjenza
Innittef bqajt
kulljum
Iż-żmien
tal-innoċenza.
Fis-skiet ta’
dawk xufftejk
L-uġih ta’
dawk l-iljieli
Mogħttija b’velu
skur
Biss għada
għad jibdieli.
Alfred Grech
06/04/2014
.jpg)
No comments:
Post a Comment