Il-Kelma.
Li kieku
minflok il-verbali
Tinkiteb imqar
poeżija,
Minflok il-kliem
iebes li jdejjaq
Li tghidhom
x’ħin tkun fid-dagħdigħa.
Li kieku dak
kollu li ngħidu
Iperreċ tassew
x’hemm ġo fina,
Tar-ruħ
il-misteri li twelled
U tħalli li
ż-mien jgħaddi bina.
Li kieku
dal-ħsejjes li tisma’
Kull kelma
li d-dinja jsawwarha
Bix-xeħta,
bid-dagha, kull ma tbassar
Fl-imħabba u
t-tberik idawwarha.
Kull kelma titlissen
u iżżommna
Ġo qafas
imsejjsa daqskieku
Noħolqu kull
ħin dak li ngħidu
Noħolmu li
kien seta’ kieku.
Alfred Grech
15/04/2014

No comments:
Post a Comment