Issaltan fuq art barranija.
Issaltan fuq
art barranija,
Titperreċ u
toħlom il-bqija,
Mingħajrek staqsewni
fejn sejjer
Kull fejn
mort, bla wiċċ u bla ħtija.
Ta’ reġina
passejk:
La ’l-hawn u
lanqas ’l-hemm ma tħares,
Xewqati bħar-riħ
U ħarsetek,
tpatti qares.
Daqs warda
senswali xuftejk
Sbuħitek bħal
tina miftuħa
U terħi riħa
Li ħliefi
ħadd ma jxomm.
Il-ġnien
tiegħek ilellex
Il-kulur
tal-irtokki.
Ġismek mewġa
moħlija
Mar-ramel
tax-xatt f’għodwa sajfija
Xewqatek tfajla
moħbija
Xħin taqa’ u
tistordi mifnija
Bħal qoxra
tal-baħar mormija
U f’moħħi
t-tagħbija.
Alfred Grech
31/03/2014

No comments:
Post a Comment