Waqtiet 2
Waqtiet, jum
wara jum tas-skiet fil-mixi,
Pass, pass
fuq dan ir-ramel f’xatt il-baħar,
Għafsiet
il-qalb max-xfar misnun tal-gebel,
Il-ħlewwa
tal-qanqiena li qed tidwi
Fil-qiegh
mudlam tal-ħajja.
Bħal kieku
qed tismagħni imbagħad tweġibni,
Kull xħin iż-żiffa riħ ma wiċċi tmelles,
U leħnek
jgħaddi sbrixx minn ma widnejja,
Tqanqil
il-qalb li jobżoq mewġ il-baħar,
B’riħet
il-melħ li jinxef fuq il-ġilda.
Jien ma rrid
xejn u xejn mhu qed nitolbok,
Bħal meta
tgħid li tbusni.
Jien ma rrid
xejn u xejn mhu qed nitolbok
Kull xħin
il-minutiera taqbeż qabża,
Int tgħid li
nbdilt u jiena nibda nemmen
U ngħidlek:
ma ngħaġġlux biex aktar nisma’
It-tokki
tal-arloġġ għax wasal żmieni,
U tibqa’
tħares lejja u tisfidani.
Sal-qiegħ
nixorbu l-kalċi.
Alfred Grech
22-03-2014

No comments:
Post a Comment