Bħas-sriep li jarmu l-ġilda.
Bħas-sriep
li jarmu l-ġilda,
Ilpup li
saru ħrief,
Xħin jilbsu
bħal ħaddieħor,
Kull wieħed
sar tellief.
Intasbu wara
mejda,
Għax tagħhom
hu l-każin,
Ma jingħarfux
minn kliemhom
Iwensi lil
xulxin.
Ilkoll
liebsin il-maskra,
Bħal kotra
ħallelin,
Iljuni tilfu
snienhom,
U baqgħu
migdudin.
Ilpup li
tilfu l-ġilda,
‘Mma
l-vizzju ma tilfuħx,
U min
warajhom mexa
Lil dan dawn
ma jafuħx.
Alfred Grech
26/2014

No comments:
Post a Comment