Dari kont int timbuttani.
Dari kont int
timbuttani
Illum huwa jiena li
naħrab.
Dari kont int li
tfixkilni
Illum huwa jien illi
nħares
Narani ftit ftit
qed nitbiegħed
Miċ-ċentru
tal-orbita tieghek.
Ftit ftit qed
nagħmel bħalhom
U b’hekk qed
nagħamel f’siktu
Miżien li qatt mhu
mdaqqas.
U qatt mhu se
jiskot il-leħen
Ta’ dak illi qatt
ma jkun nieqes
Ta’ dak illi jafni
minn ġewwa
Ta’ dak li
jagħmilni hekk ħieles
ta' dak li jagħmilni hekk nobbli,
Ta’ dak illi hu jien
innifsi.
Alfred Grech
1-08-2014
2.30 a.m.

No comments:
Post a Comment